Site News Archive
There are
275
News Items in
55
pages and your are on page number
12
|
|
Il-Presepju F’Malta
|
Il-Presepju hu tradizzjoni sabiha li ghaddiet minn generazzjoni ghall-generazzjoni. Fil-fatt, x’aktarx li l-ewwel presepju li nafu bih hawn Malta, skond ricerka tas-Sur Joseph Muscat mill-ktieb Il-Presepju fil-Milied Malti, imur lura ghas-sena 1826, dan il-presepju statiku kbir li ghadu jezisti inhadem ghall-monasteru ta’ San Pietru tas-sorijiet klawstrali Benedittini tal-Imdina.
F’Malta l-presepju sar popolari bhal f’kull pajjiz iehor fil-bidu tas-seklu dsatax meta f’dak iz-zmiem il-presepju kien jinhadem mill-kartapesta u fix-xahar ta’Dicembru l-presepju kien jitpogga fuq mejda jew gradenza u quddiemu kienu jippoggew qamh u gurbiena b’xi dawl ta’ xema jew lumini jnemnem quddiemu. Fl-istess zmiem ukoll bdew jidhru l-pasturi tat-tafal maghrufa bhala tas-sold, b’kostumi Maltin ta’dik l-epoka, per ezempju, l-pasturi rgiel kont tarahom bil-qalziet, bit-terha, bis-sidrija u bil-milsa, waqt li n-nisa dejjem bl-libsa twila. Il-Madonna u San Guzepp kont issibhom bl-ilbies li jixirqilhom u differenti mill-pasturi l-ohra. Dan kollu ta’ karattru tradizzjonali lill-presepju Malti.
Fis-7 ta’Ottubru 1986 twieldet is-socjeta bl-isem ta’ L-Ghaqda Hbieb Tal-Presepju-Malta, fejn l-ewwel kumitat hadem bla heda biex ikompli jkabbar l-imhabba lejn il-presepju f’pajjizna u barra minn xtutna, ukoll; dan kollu rnexxa bil-kbir. Grazzi wkoll tmur ghall-kumitati kollha li taw sehemhom tul dawn l-ahhar tnejn u ghoxrin sena biex l-Ghaqda baqghet miexja ’il quddiem. Illum din l-ghaqda saret maghrufa sew ghax-xoghol u l-attivitajiet li torganizza ghall-membri u l-pubbliku ingenerali, fosthom taghti ’lectures’ kif tibni presepju minn materjal differenti, torganizza wirja ta’ presepji fis-sala San Frangisk il-Belt, taghti tahdidiet fuq is-sugett, toffri servizz ta’ gurija lill-iskejjel, socjetajiet, kunsilli lokali, parrocci u ohrajn f’kelma wahda l-Ghaqda Hbieb Tal-Presepju-Malta dejjem offriet u ghada toffri kontribut tajjeb favur il-presepju f’pajjizna.
Din it-tradizzjoni ukoll mxiet sew fil familja tieghi, illum nista nghid li jien u missieri w hbieb ohra fis sena 2005 organizzajna l-ewwel wirja ta’presepji fil-garage taghna f’Hal Balzan, fejn minn dak in nhar il-quddiem komplejna ghadejjin b’din il-wirja ta’Presepji dejjem differenti minn sena ghall ohra.
Din is-sena wkoll ahna w l-hbieb taghna ser nergaw norganizzaw Wirja ta’Presepji li ser tkun miftuha ghall publiku ngenerali bejn il-15 ta’ Dicembru 2008 w l-4 ta’Jannar 2009,dawk kollha interessati jistaw jisuru din il-wirja f’dan l-indirizz “La Rosa Mansions” Garage C, Vjal il-Bon Pastur, Balzan.(Ftit passi l-Boghod mill Gnien ta’San Anton).Hinijiet tal-Ftuh mit-Tnejn sal-Gimgha mill-5pm sa 8pm, Sibt, Hdud u Festi mill 10am sa nofs in nhar, fil-ghaxija mill 5pm sa 8pm. Dhul b’xejn.
Permezz tal-presepju niftakkru li l-angli kienu habbru t-twelied ta’Sidna Gesu’ Kristu il-Princepp Tal-Paci, dan hu rigal divin li jgorr mieghu il-presepju, l-Paci, messag ta’soledarjeta bejn il-bnedmin ta’rieda tajba. Nawguralkom ilkoll il-Festi t-Tajba.
Rosalino Saliba
|
| Posted
on
Wednesday, November 19, 2008
at
13:45
|
|
|
|
Urban Improvement Funds
|
Re-construction of pavements in the Village Square
The Council completed the replacement of pavements in the village square after acquiring funds from the Malta Environment and Planning Authority (MEPA) through it’s Urban Improvement Funds during June 2008. The project was carried out by workers from the Ministry of Infrastructure and Resources whilst the material was purchased by the Council.
We are now awaiting the allocation of more funds from MEPA’s Urban Improvement Fund for the replacement of the road surface with lava paving blocks. The area that will be replaced, depending on available funds, includes the village square, Dun Spir Sammut Street, part of Guze Bonnici Street, part of Three Churches Street, part of Main Street and part of Idmejda Street.
Proposed site plan: Pjazza Bertu Fenech
|
| Posted
on
Wednesday, November 19, 2008
at
12:58
|
|
|
|
Pelican lights in Bir Bal Street
|
The installation of Pelican Lights in Bir Bal Street, by the Malta Transport Authority, has finally been completed. These lights were installed after months of liaison with ADT and after the shifting of the zebra crossing which was located in front of the Sisters of Charity. The lights are located in the junction with St. Francis Street.
We appeal to all drivers to drive carefully and abide by traffic regulations so as to avoid traffic accidents.
|
| Posted
on
Wednesday, November 19, 2008
at
12:49
|
|
|
|
Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2008
|
Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Libreriji ser issir bejn it-12 u s-16 ta` Novembru, 2008, f`Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Din hija l-24 edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb. Id-dħul huwa b`xejn. Ikun hemm trasport mill-venda ta` Putirjal. It-Tlieta 11 ta` Novembru 7.30 p.m. Ftuħ ta` l-Erbgħa u Għoxrin edizzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb mill-Onor. Ministru Dolores Cristina.
L-Erbgħa 12 ta` Novembru 9.30 a.m.: Workshops mill-Malta Writing Programme ta` l-FES għall-istudenti ta` l-iskejjel primarji. 7.00 p.m.Lecture minn Dr Adrian Grima: Ħożż fl-Ilma. Il-Kitba, il-Kotba u l-Baħar
Il-Ħamis 13 ta` Novembru 9.30 a.m. sal-11 a.m. Żjara mill-Kummissarju tal Unjoni Ewropea għall-Multilingwiżmu Leonard Orban. 11.15 a.m. Workshops mill-Malta Writing Programme għall-istudenti 7 p.m. Tnedija tas-Sensiela Kullana ta` Klassiċi, Pubblikazzjonijiwt Indipendenza
Il-Ġimgħa 14 ta` Novembru Tnedijiet ta` kotba minn Allied Publications 5.00pm Habitat 6.00pm Jasmine Blossoms for all Time 7.00pm Cross Currents
Is-Sibt 15 ta` Novembru 10.30 a.m. Qari għat-tfal 6.30 p.m. Tnedija tal-ktieb ta` poeżiji Riħ min-Nofsinhar ta` Adrian Grima u Immanuel Mifsud.
Il-Ħadd 16 ta` Novembru 10.30 a.m. Qari għat-tfal 7 p.m. Lejla Letterarja
L-attivitajiet kollha waqt il-Fiera tal-Ktieb huma mingħajr ħlas u ser isiru fis-Sala Temi Zammit. L-Erbgħa 12 u l-Ħamis 13 ta` Novembru: 9.00 a.m. 1.30 p.m. 5.00 p.m. 9.00 p.m Il-Ġimgħa 14 ta` Novembru: 9.00 a.m. 1.30 p.m. 5.00 p.m. 10.00 p.m. Is-Sibt 15 ta` Novembru: 9.00 a.m. 12.30 p.m. 4.00 p.m. 10.00 p.m. Il-Ħadd 16 ta` Novembru: 10.00 a.m. 12.30 p.m. 3.00 p.m. 9.00 p.m. Agius and Agius Ltd. Allied Retail & Commercial Co. Ltd Aquilina Bookshop Book Distributors Ltd Clamus Ltd FrannyJo Publications Islamic Call Society Istituto Italiano Di Cultura Klabb Kotba Maltin Midsea Books Ltd Fondazzjoni Patrimonju Malti Meli Bookshop Preca Library Pubblikazzjonijiet Indipendenza Publishers Enterprises (P.E.G.) Sensiela Kotba Soċjalisti Sierra Distributors Ltd Uptrend Publishing Wise Owl Bookshop Wiseowl Publications
Kotba Ġodda
Din is-sena waqt il-Fiera tal-Ktieb ser ikunu mnedija għadd ta` kotba ġodda minn bosta ditti:
Pubblikazzjonijiet Indipendenza - Għall-Fiera tal-Ktieb ta` din is-sena Pubblikazzjonijiet Indipendenza se tippubblika dawn il-kotba ġodda li huma: Sails Round Malta: Types of Vessels 1600BC-1900AD ta` Joseph Muscat, It-Teżori fil-Knejjes Maltin Vol. 11 Birżebbuġa, il-Fgura, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, Ħal Tarxien, Santa Luċija ta` Toni Terribile, Malta: Mit-Tetradrachm għall-Ewro ta` Joseph Sammut, Jien, Albino Luciani ta` Alfred Camilleri, Kullana Għat-Tfal n. 7 Storja I ta` Angela Briffa, n. 8 - L-Arkitettura ta Karys Caruana, n. 9 Il-Fjuri ta` Arthur Sammut, Ġabra ta` Leġġendi ta` Joseph Sciberras, The Petacchio ta` Joseph Muscat, u bidu ta` sensiela ġdida: il-Kullana tal-Klassiċi n. 1 Ir-Repubblika Platun traduzzjoni ta` Victor Xuereb, Kullana tal-Klassiċi n. 2 Tliet Drammi Griegi Sofokle, Ewripide traduzzjoni ta` Oliver Friggieri, Kullana tal-Klassiċi n. 3 Bhagavad Gita Wajsa, traduzzjoni ta` Michael Zammit.
Midsea Books - Tul il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, Midsea Books se jippreżentaw dawn il-pubblikazzjonijiet ġodda: Storie di Restauri nella Chiesa Conventuale di San Giovanni Battista a La Valletta editjat minn Sante Guido u Giuseppe Mantella; Antique Collecting in Malta minn Robert Attard u Romina Azzopardi; Cart-Ruts and their impact on the Maltese landscape minn David H. Trump; Cooking with Peter: Your healthy autumn u winter recipes minn Peter Dacoutros; Family Photos minn Petra Bianchi u How to achieve your Prosperity minn August Kobler.
Klabb Kotba Maltin - Klabb Kotba Maltin se jippreżenta l-awtobijografija tal-Prof. Oliver Friggieri Fjuri li ma jinxfux Tifkiriet 1955-1990; numru ta` rumanzi u novelli: Bellus u Bizzilla minn Lina Brockdorf; L-Erba` Aħwa minn Alfred Massa; Stejjer li aħjar ma nkitbux minn Immanuel Mifsud; It-Tifel bil-Piġama rrigata tradott minn Tony C. Cutajar; Il-Profeta tradott minn Victor Fenech, kif ukoll edizzjonijiet ġodda ta` Kien Kwinta l-Qamra minn Lina Brockdorf; Bejn Mara u Qassis minn Paul P. Borg; Ix-Xhud li ma deherx minn George Zammit u Raġel bil-Gġaqal minn Ġuzθ Galea. Għall-qarrejja iżgħar il-KKM se jippreżenta kotba ġodda minn Charles Casha Il-Princep u t-Trogloditi u Imsiebaħ il-lejl minn Victor Fenech. KKM se jippreżenta wkoll dramm minn Alfred Buttigieg Ippermettili Nitlaq u l-poeżija ta` Terence Portelli, Stoppini u Sufarelli. Fondazzjoni Patrimonju Malti se tippreżenta wkoll il-ktieb ta` Giovanni Bonello Histories Volume 9. Barra minn hekk KKM se jippreżenta s-serje ta` 21 workbook irreveduta, miktuba minn Alfred Buttigieg, Maltimanija, u anke sensiela ta` 3 kotba ta` logħob bil-kliem, Kannizzatti minn Carmel Azzopardi.
FrannyJo Publications - Franny Jo Publications ħa jintroduċu d-DVD Ir-Re Żrinġu VII dwar Malta u l-Maltin.
Allied Publications - Fil-fiera ta' din is-sena, Allied Publications ħa jniedu ħames kotba ġodda.
Il-pubblikazzjoni ewlenija hija Cross-Currents Critical Essays on Art and Culture, editjat minn Raphael Vella. Dan il-volum jittratta suġġetti li jolqtu lill-artisti Maltin kontemporanji u għandu jgħin lill-qarrejja biex jifhmu l-iżviluppi artistiċi f`atmosfera ta` bidliet politiċi, ekonomiċi, u soċjali. Pubblikazzjoni oħra importanti hija t-traduzzjoni tar-rumanz ċelebri ta` Oliver Friggieri, Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ. Dan inqaleb għall-Ingliż bl-isem Jasmine Blossoms for All Time minn Rose Marie Caruana. Din hija l-ġrajja ta` Toninu, tifel żgħir li joqgħod il-Furjana, u hu ambjentat fil-ħamsinijiet. Bil-mod il-mod, dan il-karattru jibda jifhem r-realtajiet tal-ħajja li daqqa huma ħelwin u daqqa ħorox. Ktieb ieħor hu Habitat: Malta`s Natural Heritage ta` Paul Portelli. Dan il-ktieb huwa bbażat fuq l-artikli ta` kull ġimgħa li ilhom jidhru fil-paġna Habitat tat-Times minn Ġunju 1996. Dawn l-artikli huma miktubin għal min mhux espert u għal dawk kollha li tinteressahom in-natura Maltija. Fil-ktieb insibu ismijiet xjentifiċi, u nsibu wkoll bosta stejjer tradizzjonali u leġġendi minn Malta u mill-bqija tad-dinja. L-awtur jagħti tagħrif fuq l-użu mediċinali ta` diversi tipi ta` pjanti biex juri l-valur tal-flora tagħna. Recollections of a Malta HAA Gunner ta` Major Maurice Agius huwa ktieb ieħor ġdid għall-fiera. L-awtur kien fir-riġment tal-Heavy Anti-Aircraft tar-Royal Malta Artillery matul it-Tieni Assedju ta` Malta tal-1940-43. Jirrakkonta l-istorja tiegħu u jiddeskrivi kif 70 suldat kienu joqogħdu f`qaghda klawstrofobika mal-kanuni matul `il fuq minn 3000 attakki mill-ajru. Xi wħud minnhom ħelsuha b`xagħra. Ktieb iehor gdid hu Castille Behind the Scenes ta` Henry Coppini. L-awtur, li kien fiċ-ċivil fi żmien li Dom Mintoff kien Prim Ministru ta` Malta, jirrakkonta x`kien isir wara l-kwinti u waqt in-negozjati li fihom hu kien involut mill-1971 sa nofs it-tmeninijiet. Jitkellem fuq it-twaqqif tal-Air Malta, fuq il-kriżi taż-żejt, l-insistenza ta` Malta għall-esplorazzjoni offshore taż-żejt, u l-ftehim tal-1972 mal-Ingilterra għall-użu tal-faċilitajiet militari tal-Gżejjer. L-awtur jitkellem mill-esperjenza tiegħu personali u jżewwaq ir-rakkont tiegħu b`xi ċajta `l hawn u `l hemm, u dan il-fattur jagħmel il-ktieb ġabra ta` tifkiriet li tagħtik gost.
Uptrend Publishing - Uptrend Publishing għal din l-edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb ħarġu l-ktieb Vapuri tal-Karti ta` Charles Casha. Ġew ippubblikati wkoll erba` kotba oħra tas-serje Milly, Molly.
Wiseowl Publications - Wise Owl qed jipproponu Il-Ħrejjef ta` Esopu, 3 volumi ta` Saviour Sammut u għadd ta` Kotba ta` Natalie Portelli: Ħrejjef Popolari bil-Maltim Flip Il-Qattusa ta` l-Iskip, Bidu`, - Il-Kelb li jhobb idur, Mejca - Mitlufa, Lilla - Mormija Barra
Hemm ukoll il-ktieb ta` Guido Lanfranco Nagħrfu l-Leġġendi.
|
| Posted
on
Thursday, November 06, 2008
at
12:28
|
|
|
|
Balzan Local Council Tenders
|
Tenders are being requested for the Provision of the following services:
Professional Services of an Architect and Civil Engineer to Council - C.A. 2/08 (the contract period is for one year but may be extended for up to three years from the 1st December 2008. Resurfacing Works R. M. 1/08 (contract period valid until 31st March 2008)
Detailed specifications, copies of which may be obtained on the payment of 50, may be inspected during normal office hours free of charge, from Monday, 27th October 2008 at Balzan Local Council.
Sealed tenders may be deposited only between 9.00am and 12.00pm (noon) during office hours in the tender box at the Balzan Local Council office by not later than 11am, on Friday, 21st November 2008. Tenders will be opened in public on the closing date at 11am. . The Council reserves the right to refuse even the most advantageous offer. For further enquires phone 21442323.
|
| Posted
on
Monday, October 27, 2008
at
12:18
|
|
|
|