Site News Archive
There are
275
News Items in
55
pages and your are on page number
37
|
|
CANCELLED ACTIVITY - Entertainment at Aurora Hall
|
|
The activity which was to be held is hereby being CANCELLED due to circumstances beyond our control. The Royal Military Steel Band of Trinidad and Tobago will NOT be giving a concert at Melita Gardens not as previously announced (Aurora Hall), on the 26th November 2005 at 7.00pm.
|
| Posted
on
Monday, November 14, 2005
at
12:25
|
|
|
|
Administration of Influenza Vaccine
|
The Balzan Local Council would like to inform Balzan residents over the age of 55 years that the influenza vaccine will be administered at the Balzan Clinic on Monday, 21st November 2005 at 8.00am.
Those persons entitled to the vaccine should register their details with the local council during office hours, Monday - Friday between 8.30am and 12.00pm (noon) not later than Wednesday, 16th November 2005.
The vaccine will be provided free of charge.
|
| Posted
on
Thursday, October 20, 2005
at
09:54
|
|
|
|
D.O.I. Press Release 1509
|
JINTENSIFIKAW IL-PREKAWZJONIJIET KONTRA T-TIXRID TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR F’MALTA
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed jintensifika l-prekawzjonijiet kontra t-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur (avian influenza) f'Malta. Dan qed isir b'diversi modi fosthom billi tlesta pjan ta' kontinġenza li ġie maqbul mill-Unjoni Ewropea, se jsir eżerċizzju ta' simulazzjoni f'każ li jfaqqa' l-virus f'Malta u permezz ta' reġistrazzjoni ta' tajr selvaġġ kif ukoll ta’ tajr ieħor li sa' llum għadu ma kienx irreġistrat.
Deattalji dwar dawn il-miżuri ngħataw waqt konferenza ta' l-aħbarijiet li ngħatat mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino u mis-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd Frans Agius. Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll Mireille Vella, Kap tad-Diviżjoni ta' l-Ikel u Attività Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Il-Ministru Pullicino ta dettalji dwar pjan ta' kontinġenza li kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Hu qal li fil-jiem li ġejjin se jsir ukoll eżerċizzju ta' simulazzjoni li ġie maqbul mal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Forzi Armati u uffiċjali paramediċi. Dan l-eżerċizzju se jservi biex itejjeb il-livell ta’ ko-ordinament u tħejjija bejn il-forzi ta' l-ordni lokali f'każ li jfaqqa' l-virus ta' l-influwenza tat-tjur f'Malta. Il-Ministru George Pullicino appella għall-koperazzjoni ta' kulħadd u li kull inkonvenjent li jista' jinħoloq qed isir biex intejbu l-livell ta' preparazzjoni tal-pajjiż.
L-Onor. Pullicino qal li ntbagħtet ittra permezz ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn kull Kunsill Lokali qed jintalab jagħti informazzjoni dwar papri li jgħixu fil-lokalità. Fl-istess waqt se tibda reġistrazzjoni ta' papri, tiġieġ, dundjani u fancy birds oħrajn li jitkabbru fid-djar biex ikun żgurat li jkun hawn informazzjoni aġġornata dwar il-preżenza ta' dawn l-għasafar. Din ir-reġistrazzjoni li se ssir fl-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali kollha se tibda minn nhar il-Ġimgħa 21 t’Ottubru u se ddum miftuħa sal-Ġimgħa 28 t'Ottubru 2005.
Il-Ministru George Pullicino qal li għaddej programm kontinwu ta' monitoraġġ u ġbir ta' kampjuni minn fost tjur li jinsabu fuq l-irziezet skond programm maqbul ma' l-Unjoni Ewropea. Dan il-programm jikkonferma li sa' llum f'Malta għad m'hawnx preżenża tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur. Hu żied jgħid li dan il-monitoraġġ se jintensifika ruħhu fil-jiem li ġejjin.
Il- Ministru Pullicino qal li għaddejjin diskussjonijiet ma' l-għaqdiet tal-kaċċaturi fejn dawn qed jingħataw pariri fuq kif l-aħjar li jimmaniġġjaw il-kaċċa li jaqbdu. Hu qal li sa' issa m'hemm l-ebda indikazzjoni mill-Unjoni Ewropea biex titwaqqaf il-kaċċa, u l-Gvern Malti se jibqa' jsegwi mill-qrib dak li qed tirrikkmanda l-Unjoni Ewropea. George Pullicino qal li jinnota b'sodisfazzjon li għaqdiet tal-kaċċaturi, fosthom l-FKNK u l-Għaqda Kaċċaturi tas-Senter u l-Gabjun diġà kkonfermaw id-disponibbiltà tagħhom li jirrispettaw kull direttiva dwar il-kaċċa li ttieħed fl-aħjar interess tas-saħħa pubblika.
Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Frans Agius tkellem dwar l-importanza li l-prodott Malti huwa mħares minn proċess ta' traceability li jagħti garanzija ta’ kwalità u iġjene għoljin. Agius qal li dawn il-miżuri huma ntiżi li minbarra li jiggarantixxu s-saħħa pubblika jissalvagwardjaw l-industrija tat-tjur lokali li hija industrija ferm importanti. Is-Segretarju Parlamentari Agius appella biex ma jkunx hawn alarm żejjed iżda biex fl-istess waqt kulħadd iżomm ruħu aġġornat b'dak li jkun għaddej.
Fost inizjattivi oħrajn li qed jittieħdu, wieħed isib li b'kollaborazzjoni ma' uffiċjali ta' Birdlife Malta, qed tinġabar informazzjoni fuq imwiet u fil-ġbir ta' kampjuni fuq ħmieġ ta' l-għasafar minn riservi naturali, intbagħat dokument li jippromwovi l-bio-sigurtà lill-bdiewa kollha li jrabbu t-tjur u twaqqaf helpline li hu attivat 24 siegħa kuljum, sebat'ijiem fil-ġimgħa biex jilqa' għal kull rapport li jista' jsir dwar każijiet suspetti. In-numru hu 7903 3044 u fil-jiem li ġejjin se jsir ukoll freephone.
Issaħħu l-kontrolli fuq il-fruntieri, b'mod speċjali fil-border inspection posts ta' l-ajruport, il-port u l-freeport. Dawn il-kontrolli qed isiru b'kollaborazzjoni mad-Dwana u jinkludi wkoll it-twaqqif ta' avviżi f'postijiet prominenti fil-punti tad-dħul għal pajjiżna. Hu qal li tħejja avviż għall-vjaġġaturi li se jsiefru lejn pajjiżi milquta mill-virus u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu.
DOI 19.10.2005
|
| Posted
on
Thursday, October 20, 2005
at
08:09
|
|
|
|
Halloween Night - Cancelled
|
The Subcommittee for Activites of the Balzan Local Council is hereby informing all those who intended to attend the Halloween Night Party at Aurora Hall in Main Street on Saturday, 29th October 2005 between 6.00pm to 8.00pm and the Trick of Treat which was to be held on Monday, 31st October 2005 that the activities have been cancelled due to unforseen circumstances.
|
| Posted
on
Monday, October 10, 2005
at
10:33
|
|
|
|
European Training Foundation - essay competition
|
Young people between 18 and 29 years are invited to participate in the competition by writing an article on their vision for "Women in education and employment in 2010".
The authors of the four best articles selected by a jury appointed by the ETF will be invited to the awards ceremony as part of the event "Women in Education and employment" organised by the ETF in Turin, Italy, to mark the International Women's Day in March 2006. Among the four winners one will be selected as beneficiary of a four month traineeship at the ETF headquarters. The deadline for the submission of articles is 31 October 2005. Full details of the competition: http://www.etf.eu.int/website.nsf
|
| Posted
on
Friday, October 07, 2005
at
11:45
|
|
|
|