Balzan local Council: Parish church, Coat of arms and Motto

Design
 
join our mailing list
Subscribe
Un-Subscribe
join our mailing list

join our mailing list
 
 
join our mailing list

Balzan Local Council - News

Fiera Nazzjonali tal-Ktieb 2008
Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Libreriji ser issir bejn it-12 u s-16 ta` Novembru, 2008, f`Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Din hija l-24 edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb. Id-dħul huwa b`xejn. Ikun hemm trasport mill-venda ta` Putirjal.

It-Tlieta 11 ta` Novembru
7.30 p.m. Ftuħ ta` l-Erbgħa u Għoxrin edizzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb mill-Onor. Ministru Dolores Cristina.

L-Erbgħa 12 ta` Novembru
9.30 a.m.: Workshops mill-Malta Writing Programme ta` l-FES għall-istudenti ta` l-iskejjel primarji.
7.00 p.m.Lecture minn Dr Adrian Grima: Ħożż fl-Ilma. Il-Kitba, il-Kotba u l-Baħar

Il-Ħamis 13 ta` Novembru
9.30 a.m. sal-11 a.m. Żjara mill-Kummissarju tal Unjoni Ewropea għall-Multilingwiżmu Leonard Orban.
11.15 a.m. Workshops mill-Malta Writing Programme għall-istudenti
7 p.m. Tnedija tas-Sensiela Kullana ta` Klassiċi, Pubblikazzjonijiwt Indipendenza

Il-Ġimgħa 14 ta` Novembru
Tnedijiet ta` kotba minn Allied Publications
5.00pm Habitat
6.00pm Jasmine Blossoms for all Time
7.00pm Cross Currents

Is-Sibt 15 ta` Novembru
10.30 a.m. Qari għat-tfal
6.30 p.m. Tnedija tal-ktieb ta` poeżiji Riħ min-Nofsinhar ta` Adrian Grima u Immanuel Mifsud.

Il-Ħadd 16 ta` Novembru
10.30 a.m. Qari għat-tfal
7 p.m. Lejla Letterarja

L-attivitajiet kollha waqt il-Fiera tal-Ktieb huma mingħajr ħlas u ser isiru fis-Sala Temi Zammit.

L-Erbgħa 12 u l-Ħamis 13 ta` Novembru:
9.00 a.m. – 1.30 p.m. 5.00 p.m. – 9.00 p.m
Il-Ġimgħa 14 ta` Novembru:
9.00 a.m. – 1.30 p.m. 5.00 p.m. – 10.00 p.m.
Is-Sibt 15 ta` Novembru:
9.00 a.m. – 12.30 p.m. 4.00 p.m. – 10.00 p.m.
Il-Ħadd 16 ta` Novembru:
10.00 a.m. – 12.30 p.m. 3.00 p.m. – 9.00 p.m.

Agius and Agius Ltd. Allied Retail & Commercial Co. Ltd Aquilina Bookshop Book Distributors Ltd Clamus Ltd FrannyJo Publications Islamic Call Society Istituto Italiano Di Cultura Klabb Kotba Maltin – Midsea Books Ltd –Fondazzjoni Patrimonju Malti Meli Bookshop Preca Library Pubblikazzjonijiet Indipendenza Publishers Enterprises (P.E.G.) Sensiela Kotba Soċjalisti Sierra Distributors Ltd Uptrend Publishing Wise Owl Bookshop Wiseowl Publications

Kotba Ġodda

Din is-sena waqt il-Fiera tal-Ktieb ser ikunu mnedija għadd ta` kotba ġodda minn bosta ditti:

Pubblikazzjonijiet Indipendenza - Għall-Fiera tal-Ktieb ta` din is-sena Pubblikazzjonijiet Indipendenza se tippubblika dawn il-kotba ġodda li huma: Sails Round Malta: Types of Vessels 1600BC-1900AD ta` Joseph Muscat, It-Teżori fil-Knejjes Maltin Vol. 11 – Birżebbuġa, il-Fgura, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, Ħal Tarxien, Santa Luċija ta` Toni Terribile, Malta: Mit-Tetradrachm għall-Ewro ta` Joseph Sammut, Jien, Albino Luciani ta` Alfred Camilleri, Kullana Għat-Tfal n. 7 – Storja I ta` Angela Briffa, n. 8 - L-Arkitettura ta’ Karys Caruana, n. 9 – Il-Fjuri ta` Arthur Sammut, Ġabra ta` Leġġendi ta` Joseph Sciberras, The Petacchio ta` Joseph Muscat, u bidu ta` sensiela ġdida: il-Kullana tal-Klassiċi n. 1 – Ir-Repubblika – Platun traduzzjoni ta` Victor Xuereb, Kullana tal-Klassiċi n. 2 – Tliet Drammi Griegi – Sofokle, Ewripide traduzzjoni ta` Oliver Friggieri, Kullana tal-Klassiċi n. 3 – Bhagavad Gita – Wajsa, traduzzjoni ta` Michael Zammit.

Midsea Books - Tul il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, Midsea Books se jippreżentaw dawn il-pubblikazzjonijiet ġodda: Storie di Restauri nella Chiesa Conventuale di San Giovanni Battista a La Valletta editjat minn Sante Guido u Giuseppe Mantella; Antique Collecting in Malta minn Robert Attard u Romina Azzopardi; Cart-Ruts and their impact on the Maltese landscape minn David H. Trump; Cooking with Peter: Your healthy autumn u winter recipes minn Peter Dacoutros; Family Photos minn Petra Bianchi u How to achieve your Prosperity minn August Kobler.

Klabb Kotba Maltin - Klabb Kotba Maltin se jippreżenta l-awtobijografija tal-Prof. Oliver Friggieri Fjuri li ma jinxfux – Tifkiriet 1955-1990; numru ta` rumanzi u novelli: Bellus u Bizzilla minn Lina Brockdorf; L-Erba` Aħwa minn Alfred Massa; Stejjer li aħjar ma nkitbux minn Immanuel Mifsud; It-Tifel bil-Piġama rrigata tradott minn Tony C. Cutajar; Il-Profeta tradott minn Victor Fenech, kif ukoll edizzjonijiet ġodda ta` Kien Kwinta l-Qamra minn Lina Brockdorf; Bejn Mara u Qassis minn Paul P. Borg; Ix-Xhud li ma deherx minn George Zammit u Raġel bil-Gġaqal minn Ġuzθ Galea. Għall-qarrejja iżgħar il-KKM se jippreżenta kotba ġodda minn Charles Casha Il-Princep u t-Trogloditi u Imsiebaħ il-lejl minn Victor Fenech. KKM se jippreżenta wkoll dramm minn Alfred Buttigieg Ippermettili Nitlaq u l-poeżija ta` Terence Portelli, Stoppini u Sufarelli. Fondazzjoni Patrimonju Malti se tippreżenta wkoll il-ktieb ta` Giovanni Bonello Histories Volume 9. Barra minn hekk KKM se jippreżenta s-serje ta` 21 workbook irreveduta, miktuba minn Alfred Buttigieg, Maltimanija, u anke sensiela ta` 3 kotba ta` logħob bil-kliem, Kannizzatti minn Carmel Azzopardi.

FrannyJo Publications - Franny Jo Publications ħa jintroduċu d-DVD Ir-Re Żrinġu VII dwar Malta u l-Maltin.

Allied Publications - Fil-fiera ta' din is-sena, Allied Publications ħa jniedu ħames kotba ġodda.

Il-pubblikazzjoni ewlenija hija Cross-Currents Critical Essays on Art and Culture, editjat minn Raphael Vella. Dan il-volum jittratta suġġetti li jolqtu lill-artisti Maltin kontemporanji u għandu jgħin lill-qarrejja biex jifhmu l-iżviluppi artistiċi f`atmosfera ta` bidliet politiċi, ekonomiċi, u soċjali. Pubblikazzjoni oħra importanti hija t-traduzzjoni tar-rumanz ċelebri ta` Oliver Friggieri, Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ. Dan inqaleb għall-Ingliż bl-isem Jasmine Blossoms for All Time minn Rose Marie Caruana. Din hija l-ġrajja ta` Toninu, tifel żgħir li joqgħod il-Furjana, u hu ambjentat fil-ħamsinijiet. Bil-mod il-mod, dan il-karattru jibda jifhem r-realtajiet tal-ħajja li daqqa huma ħelwin u daqqa ħorox. Ktieb ieħor hu Habitat: Malta`s Natural Heritage ta` Paul Portelli. Dan il-ktieb huwa bbażat fuq l-artikli ta` kull ġimgħa li ilhom jidhru fil-paġna Habitat tat-Times minn Ġunju 1996. Dawn l-artikli huma miktubin għal min mhux espert u għal dawk kollha li tinteressahom in-natura Maltija. Fil-ktieb insibu ismijiet xjentifiċi, u nsibu wkoll bosta stejjer tradizzjonali u leġġendi minn Malta u mill-bqija tad-dinja. L-awtur jagħti tagħrif fuq l-użu mediċinali ta` diversi tipi ta` pjanti biex juri l-valur tal-flora tagħna. Recollections of a Malta HAA Gunner ta` Major Maurice Agius huwa ktieb ieħor ġdid għall-fiera. L-awtur kien fir-riġment tal-Heavy Anti-Aircraft tar-Royal Malta Artillery matul it-Tieni Assedju ta` Malta tal-1940-43. Jirrakkonta l-istorja tiegħu u jiddeskrivi kif 70 suldat kienu joqogħdu f`qaghda klawstrofobika mal-kanuni matul `il fuq minn 3000 attakki mill-ajru. Xi wħud minnhom ħelsuha b`xagħra. Ktieb iehor gdid hu Castille Behind the Scenes ta` Henry Coppini. L-awtur, li kien fiċ-ċivil fi żmien li Dom Mintoff kien Prim Ministru ta` Malta, jirrakkonta x`kien isir wara l-kwinti u waqt in-negozjati li fihom hu kien involut mill-1971 sa nofs it-tmeninijiet. Jitkellem fuq it-twaqqif tal-Air Malta, fuq il-kriżi taż-żejt, l-insistenza ta` Malta għall-esplorazzjoni offshore taż-żejt, u l-ftehim tal-1972 mal-Ingilterra għall-użu tal-faċilitajiet militari tal-Gżejjer. L-awtur jitkellem mill-esperjenza tiegħu personali u jżewwaq ir-rakkont tiegħu b`xi ċajta `l hawn u `l hemm, u dan il-fattur jagħmel il-ktieb ġabra ta` tifkiriet li tagħtik gost.

Uptrend Publishing - Uptrend Publishing għal din l-edizzjoni tal-Fiera tal-Ktieb ħarġu l-ktieb Vapuri tal-Karti ta` Charles Casha. Ġew ippubblikati wkoll erba` kotba oħra tas-serje Milly, Molly.

Wiseowl Publications - Wise Owl qed jipproponu Il-Ħrejjef ta` Esopu, 3 volumi ta` Saviour Sammut u għadd ta` Kotba ta` Natalie Portelli: Ħrejjef Popolari bil-Maltim Flip Il-Qattusa ta` l-Iskip, Bidu`, - Il-Kelb li jhobb idur, Mejca - Mitlufa, Lilla - Mormija Barra

Hemm ukoll il-ktieb ta` Guido Lanfranco Nagħrfu l-Leġġendi.
Posted on Thursday, November 06, 2008 at 12:28

Balzan Local Council Tenders
Tenders are being requested for the Provision of the following services:

• Professional Services of an Architect and Civil Engineer to Council - C.A. 2/08 (the contract period is for one year but may be extended for up to three years from the 1st December 2008.
• Resurfacing Works – R. M. 1/08 (contract period valid until 31st March 2008)

Detailed specifications, copies of which may be obtained on the payment of €50, may be inspected during normal office hours free of charge, from Monday, 27th October 2008 at Balzan Local Council.

Sealed tenders may be deposited only between 9.00am and 12.00pm (noon) during office hours in the tender box at the Balzan Local Council office by not later than 11am, on Friday, 21st November 2008. Tenders will be opened in public on the closing date at 11am.
.
The Council reserves the right to refuse even the most advantageous offer. For further enquires phone 21442323.
Posted on Monday, October 27, 2008 at 12:18

Young Writers' Club
A creative writing programme run by tutors trained in the Writing Process.

The Young Writers' Club is organised by the Foundation for Educational Services. Children from Year 4 up
to Form 2 are encouraged to attend this programme run by tutors who have been trained in the Writing Process.

The aim of the club is to encourage children to extend and develop their creative writing skills in Maltese and
English through the use of the writing process.
At the same time, parallel sessions will be held for parents wishing to learn how to help their children develop their writing skills.

The club is made up of ten sessions including the introductory session. The duration of each session is of two hours. At the end of the programme there will be an exhibition and a celebration where the children share their writing experience with their parents and guests. Participants who attend regularly will be given a
Certificate of Participation.

Day /Time:

Option A :
Fridays from 7th November 2008 till 30th January 2009, from 4:00 p.m. to 6:00 p.m.

Option B :
Saturdays from 8th November 2008 till 31st January 2009 from 9.00 a.m. to 11.00 a.m.

Duration: 10 sessions (including preliminary meeting)

Venue: National Curriculum Centre, Maria Assumpta School Complex, Ħamrun

Fee: 38EUR per child, 38EUR per accompanying parents

Applicants must be able to read and write well in both Maltese and English.

The Parents Writing Club will run only on Fridays. If the required number of participants in each group is not
reached the club might be cancelled.

The closing date for the applications is Friday 31st October 2008. Payment can be made by cheque payable
to The Foundation for Educational Services, attached to the application form and sent to:

FES
Attn: Ms Muriel Grech,
P.O. Box 1,
Rabat, RBT1000
For further information please contact Ms Muriel Grech on 21 455 600 / 21 455 607 ext. 140.
Posted on Monday, October 13, 2008 at 19:52

Be Breast Aware .... It Can Save Your Life

THE BREAST CARE SUPPORT GROUP EUROPA DONNA in Conjunction with the Ministry for Social Policy cordially invites you to The Hilda Schembri Memorial Lecture "Be Breast Aware ……… It Can Save Your Life" to be held in the Ballroom at the HOTEL PHOENICIA FLORIANA on Thursday 16th October 2008 at 7.30 pm

CME Credit will be granted to doctors attending this event.

Light refreshments will be served courtesy of Novartis
Posted on Thursday, October 02, 2008 at 10:40

Music Morning/ Evening Courses
The Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce will be organising the 1st Term (October - December) Morning / Evening Courses in Music between the second week of October and December 2008. All the courses will be held at Palazzo De La Salle, 219 Republic Street, Valletta, from Monday to Saturday. The morning sessions are held between 9.00am and 11.00am or noon, and the evening sessions between 4.30pm and 7.30pm. Music courses will take between 45 minutes and 60 minutes each session. Anyone over 6 years of age can apply for these courses. Courses fee is €38.

Courses will be held in the following subjects: Clarinet, Flute, Guitar, Pianoforte (Pre-Grade and Grade 1 to 5), Violin and Theory of Music.

Application Forms, registrations and further details on these courses can be obtained from the Malta Society of Arts, Manufactures & Commerce, Palazzo De La Salle, 219 Republic Street, Valletta from Monday to Friday between 8.00am and 1.00pm. Tel: 2124 4339 - 21244400, E-Mail: info@artsmalta.org or visit the Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce Website at www.artsmalta.org
Posted on Wednesday, September 17, 2008 at 11:48

News Archive

Active Users 8
Unique Visitors 18020
 
Copyright - 2003 - Balzan Local Council - balzan.lc@gov.mt
This web-site was designed by Abakus Solutions
 
Home | News | The Council: Members, Mission Statement, Subcommittees, Services & Activities, Projects, Office
The Locality: History, Historical Buildings, Geography, Churches, Organisations | Contact Us